Permezz ta l-avukat Fabio Pinelli, Devis Mangia ċaħad li ta fastidju sesswali lil xi plejers tat-tim nazzjonali Malti.

F’kummenti fuq il-midja Taljana, Mangia sostna li l-akkużi li qed isiru fil-konfront tiegħu joffendu d-dinjità tiegħu kif ukoll jittappnu r-reputazzjoni professjonali tiegħu.

Mangia ġie sospiż minn kowċ tat-tim nazzjonali Malti wara laqgħa tal-Eżekuttiv tal-Malta Football Association li saret l-Erbgħa waranofsinhar.