L-istilla tal-mużika Pop Shakira ser tgħaddi ġuri fil-qorti Spanjola fuq każ ta’ evażjoni u frodi tat-taxxa, ħabbru l-awtoritajiet ġudizzjarji.

Il-kantanta ta’ “Whenever Wherever” tista’ tiffaċċja sentenza ta’ ħabs ta’ aktar minn tmien snin wara li f’Lulju ċaħdet l- akkużi ta’ evażjoni tat-taxxa.

Shakira li twieldet il-Kolombja għanda 45 sena hija mixlija li ffrodat it-teżor Spanjol b’miljuni fuq perjodu ta’ tliet snin bejn l-2012 u l-2014.

Hija allegata li sostniet li ma kienitx tgħix fi Spanja matul dawn is-snin, filwaqt li sieħeb tagħha ta’ dak iż-żmien Gerard Pique kien qed jilgħab ma’ Barcelona.