Il-Korea ta’ Fuq sparat missila fuq il-Ġappun, f’dik li tidher li hija eskalazzjoni intenzjonata biex tiġbed l-attenzjoni ta’ Tokyo u Washington.

Il-missila ballistika vjaġġat madwar 4,500 kilometru qabel waqgħet fl-Oċean Paċifiku.

Din hija l-ewwel tnedija ta’ missili mill-Korea ta’ Fuq fuq il-Ġappun sa mill-2017, liema tnedija rat lill-Ġappun joħroġ twissija rari lil xi ċittadini biex jieħdu kopertura meħtieġa.

In-Nazzjonijiet Uniti tipprojbixxi lill-Korea ta’ Fuq milli tittestja armi ballistiċi u nukleari. It-titjir ta’ missili lejn jew fuq pajjiżi oħra mingħajr ebda twissija jew konsultazzjoni minn qabel jikser ukoll in-normi internazzjonali.