‘time traveler’ allegatament ipproklamat minnu stess mis-sena 2671 wissa li seba’ persuni se “jaqgħu b’mod misterjuż mis-sema” f’Ġunju tas-sena d-dieħla.

Eno Alaric għamel għadd ta’ allegazzjonijiet ‘bla bażi’ dwar il-futur.

Fl-aħħar filmat tiegħu fuq Tik Tok, huwa qal: “18 ta ‘Ġunju 2023: 7 persuni se jaqgħu b’mod misterjuż mis-sema, mingħajr mhu ħa jkun hemm l-ebda titjira f’dik iż-żona.”

It-TikToker kompla jwissi lis-segwaċi tiegħu dwar “ħames dati futuri”.

Huwa qal: “It-30 ta’ Novembru 2022: It-teleskopju James Webb jiskopri pjaneta li hija verżjoni riflessa tad-Dinja. 1 ta’ Jannar 2023: Ajruplan li jtir fuq it-trijangolu ta’ Burmuda jintilef.

“3 ta’ Marzu 2023: Jasal messaġġ madwar id-dinja kollha li jidher li ġej mill-oċean. 15 ta’ Mejju 2023: Mega-tsunami ta’ 750 pied jolqot il-kosta ta’ Kalifornja, prinċipalment San Francisco.” Wara li qal dan kollhu huwa ġie mċanfar mis-segwaċi tieghu.