Malta vs Italja kif ukoll diversi clubs lokali ser ikunu qed jikkompetu f’taqbida Boxing, Kickboxing u K1 waqt Battle of Honour fil-padiljun tal-basketball f’Ta’ Qali, il-Ġimgħa 11 ta’ Novembru fis-7:30 pm.

Wara xhur ta’ taħriġ intensiv, total ta’ 34 ġellieda ser ikunu qed jikkompetu f’kategoriji professjonali u amateurs.

Meta tkellem ma Radio105.mt, is-sur Simon Chetchuti minn The Arena Combat Sports Promotions qal, atleti minn Malta, Italja, Franza, Kamerun, Ukrajna, Marokk, Libja, Arġentina, Albanija, Sirja u Serbja minn 22 klabb differenti lokali u barranin ser ikunu qed jieħdu sehem f’dan l-event.

Dan ser ikun event għall-familja kollha u tfal taħt l-10 snin akkumpanjati minn adulti ser jidħlu b’xejn.