Il-gvern Olandiż qed jipprojbixxi l-użu ta’ nitruus oxide, komunement magħruf bħala gass tad-daħk, fost tħassib dwar ir-riskji għas-saħħa għan-numru dejjem jikber ta’ żgħażagħ li jużawh.

Il-projbizzjoni, li tibda f’Jannar, tagħmilha illegali li tixtri, tbiegħ jew tkun fil-pussess tal-gass.

Madankollu, l-awtoritajiet jgħidu li xorta tista’ tintuża għal skopijiet mediċinali u fl-industrija tal-ikel.

Il-gvern jittama wkoll li l-projbizzjoni tnaqqas in-numru ta’ inċidenti tat-traffiku li jinvolvu d-droga.

Skont il-moniteragg tas-sikurezza fit-toroq ‘TeamAlert’, il-gass tad-daħk kellu rwol f’1,800 inċident madwar l-Olanda matul l-aħħar tliet snin.