It-theżżiża li nhasset nhar it-Tlieta wara nofsinhar inqabdet bil-kameras tas-sigurtà fl-istudios ta’ Radio 105.

Kien eżatt fil-ħin tas-13:40:49 li camera bdiet tiċċaqlaq kawża tat-theżżiża li kienet ikkawżata minn terremot seħħ fil-baħar. Iċ-ċentru sismiku tal-Università ta’ Malta qal li t-terremot kien lokalizzat 15-il kilometru fit-tramuntana ta’ Għawdex.