Għal ħabta tas-seba’ ta’ dalgħodu sehhet splużjoni fil-kamra tan-nar ta’ Ħal-Kirkop li tinsab fil-limiti ta’ Ħal Safi.

Fuq il-post issejjħu l-membri tal-protezzjoni civili u team ta mediċi mill l-isptar Mater Dei.

S’issa għad mhux magħruf jekk kienx hemm xi persuni midruba f’din l-splużjoni li nstemghat minn diversi lokalitajiet madwar Malta.