Radio 105 qed jiċċelebra l-21 sena ta xandir, u dan jagħmlu l-aktar stazzjon li ilu jxandar fuq bażi lokali.

Kien eżattament fit-tlieta ta’ wara nofsinhar tal-Ħamis 6 ta Diċembru tas-sena 2001 li Radio 105, dak iż-żmien Radio Galaxy beda jxandar bi programm speċjali preżentat minn Manuel Chircop flimkien ma Mark Attard.

Tul dawn il-21 sena Radio 105 sar wieħed mill l-aktar stazzjonijiet popolari fil-lokalità tal-Ħamrun u l-madwar u kien involut f’diversi attivitajiet lokali.

Illum, 21 sena wara Radio 105 qed jopera minn studios ‘State Of The Art’ li qegħdin fil-kumpless Daniel’s il-Ħamrun u evolva f’network ta 4 stazzjonijiet li huma Radio 105 bħala l-istazzjon prinċipali u 3 stazzjonijiet oħra diġitali, 105 Retro, 105 Cuore u 105 Christmas Channel.

Meta tkellem ma Radio105.mt il-preżentatur u l-mexxej ta’ Radio 105 qal: “waqt li meta nħares lura titqanqal fija ċertu emozzjoni u sodisfazzjon b’dak li rnexxielna niksbu, b’determinazzjoni nħares il-quddiem lejn aktar snin ta suċċess u nkomplu ninbidlu maż–żminijiet b’aktar novitajiet” is-sur Chircop kompla biex irringrazzja lill dawk kollha li bxi mod jew ieħor kienu parti mill-istorja ta’ suċċess ta’ Radio 105.

Inħarsu l-quddiem għal 21 sena li ġejjin 😊