Ġurnalist prominenti tal-futbol mill-Istati Uniti miet waqt li kien qed ikopri t-Tazza tad-Dinja fil-Qatar.
Grant Wahl ta’ 48 sena ħassu każin fil-ħin barrani fil-logħba bejn l-Arġentina u l-Olanda.
L-ewwel rapporti jgħidu li seta’ kellu attakk tal-qalb, iżda dan għad irid jiġi kkonfermat uffiċjalment.
Ix-xahar li għadda, is-Sur Wahl inżamm għal żmien qasir mill-awtoritajiet tal-Qatar talli pprova jidħol fi stadium liebes flokk tal-qawsalla, b’appoġġ għad-drittijiet LGBT.
Ritratt: Facebook