Il-BBC talab skuża wara li ħsejjes sesswali interrompew il-kummentarju tax-xandira televiżiva diretta tal-FA Cup.

F’ħin minnhom u bla mistenni instemgħu l-għajjat sesswali waqt li Gary Lineker kien qed jippreżenta r-replay tat-tielet round bejn Wolves u Liverpool nhar it-Tlieta.

“Aħna niskużaw ruħna lil kwalunkwe telespettatur offiż waqt il-kopertura diretta tal-futbol illejla,” qalet l-istqarrija tal-BBC.

Lineker beda jidħaq bl-inċident hekk kif kien qed jippreżenta l-programm fi studio fil-Molineux Stadium ta’ Wolverhampton flimkien mal-esperti Paul Ince u Danny Murphy.