Juventus jitnaqqsulhom 15-il punt wara investigazzjoni dwar it-trasferimenti tal-klabb fil-passat, qalet il-Federazzjoni tal-futbol tal-Italja (FIGC).

Li-ġganti tas-Serie A ġew akkużati li rranġaw il-karti tal-bilanċ tagħhom bi qligħ artifiċjali mit-trasferimenti tal-klabbs.

Juventus kienu fit-tielet post iżda issa se jinżlu fl-10 post.

Il-bord tad-diretturi tal-klabb, fosthom l-eks president Andrea Agnelli u l-viċi president Pavel Nedved, irriżenjaw f’Novembru tas-sena l-oħra.

Juventus ċaħdu kull att ħażin u kkonfermaw li se jappellaw mid-deċiżjoni.

Fi stqarrija, il-klabb qal li “Nistennew il-pubblikazzjoni tar-raġunijiet tad-deċiżjoni” iżda bdew iressqu appell lill-Bord ta’ Garanzija Sportiva tal-Kumitat Olimpiku Taljan (CONI).