105 Rock u 105 Sixties huma iż-żewġt stazzjonijiet tar-radju diġitali ġodda fuq In-network ta stazzjonijiet ta’ Radio 105.

Meta tkellem ma dan is-sit, li-station manager ta’ 105 network is-sur Manuel Chircop qal “wara li lejn l-ahhar fażi tas-sena li għaddiet introduċejna Retro, Cuore u Christmas channels komplenja naħdmu biex inkabbru in-network tagħna u noffru aktar varjetà. Permezz ta dawn iż-żewġt stazzjonijiet ġodda ser inkunu qed noffru l-aħjar mużika Soft, Classic u Hard Rock flimkien ma mużika Alternative minn żminijiet differenti”

Is-sur Chircop kompla billi żied “Fil-kas ta’ Radio 105 Sixties, dan huwa l-ewwel stazzjon fil-Gżejjer Maltin li hu dedikat biss għal mużika tas-snin 60 u ovvja dawk li għanhom għall-qalbhom is-sittinijiet ser ikollhom l-opportunità li jerġgħu jgħixu dawn iż-żminijiet permezz ta dak kollu li Radio 105 Sixties ser ikun qed joffri.”

Iċ-channels diġitali kollha ta Radio 105 jistgħu jinstemgħu permezz ta kull Smart Speaker u min fuq pjattaformi diġitali online bħall-OnlineRadioBox, GetMeRadio, MyTunerApp, Radio105.mt u diversi oħrajn.

SEGWI LIVE