It-Tnejn għal ħabta tad-9 neqsin ħamsa kienu bosta dawk li hassew it-terremot li kellhu qawwa ta’ 5.1 fuq l-iskala Richter.

Skond iċ-ċentru sismiku tal-Università ta’ Malta it-terremot kien lokalizzata fil-baħar u l-epiċentru tiegħu kien 113-il kilometru ‘l barra min-Nofsinhar ta’ Malta f’fond ta’ 10 kilometri.

Dan it-terremot kien segwit min ieħor għal ħabta tas-sagħtejn neqsin kwart ta filgħodu fejn il-United States Geological Survey qed jirrapporta li dan kellhu qawwa ta 4.6 fuq l-iskala Richter.