Illum il-parroċċa ta’ Marija Reġina fil-Marsa qed tiċċelebra is-56 sena mit-twaqqif tagħha.
Kien fl-1 ta’ Frar tal-1967 li l-knisja, dak iż-żmien iddedikata lill-Madonna tad-Dmugħ, ġiet mgħollijja għall-grad ta’ parroċċa b’digriet maħruġ minn Monsinjur Mikiel Gonzi fil-25 ta’ Jannar tal-istess sena.
F’dan il-mument il-parroċċa għaddejja min-żmien ta’ bidla fejn ser tkun qed tgħaddi f’idejn id-djoċesi mingħand il-patrijiet kapuċċini li kienu ilhom imexxu din il-parroċċa sa mill-bidu net.