Il-Premier League akkuża lil Manchester City b’aktar minn 100 ksur tar-regoli finanzjarji tiegħu wara investigazzjoni ta’ erba’ snin.

City qalu li kienu “sorpriżi” bl-akkużi u huma sostnuti minn “korp ta’ evidenza inkonfutabbli”.

Il- pieni li jistghu jigu mponuti fuq Manchester City jvarjaw minn multa u tnaqqis ta’ punti sa tkeċċija mill-Premier League.

“Manchester City huwa sorpriż bil-ħruġ ta’ dawn l-allegati ksur tar-Regoli tal-Premier League, partikolarment minħabba l-impenn estensiv u l-ammont kbir ta’ materjali dettaljati li l-EPL ġie pprovdut bihom” qal il-klabb fi stqarrija.

“Il-klabb jilqa’ r-reviżjoni ta’ din il-kwistjoni minn kummissjoni indipendenti, biex tikkunsidra b’mod imparzjali l-korp komprensiv ta’ evidenza inkonfutabbli li teżisti b’appoġġ għall-pożizzjoni tiegħu.

“Nistennew bil-ħerqa li din il-kwistjoni titwaqqaf darba għal dejjem.” Kpmpliet l-istqarrija.