Nhar il-Ħadd li ġej 12 ta’ Frar, fi Triq il-Kbira San Ġużepp il-Ħamrun se jingħata bidu għal Karnival 2023.

Baned, briju, maskaruni, karrijiet, żfin, mużika u ħafna attivitajiet oħra ser jibdlu il-Ħamrun f’atmosfera karnivaleska propju Ħadd qabel il-karnival Malti.

Il-Karnival tal-Ħamrun li tul l-ahhar snin sar wieħed fost l-aktar popolari huwa organizzat mill-Kunsill Lokali Ħamrun u Festivals Malta.

L-attività ser tara l-bidu tagħha fid-9:30 ta filgħodu u tibqa’ sejra sas 1:30 ta waranofsinhar.