Ir-rivali eterni fil-football lokali Valletta City u Ħamrun Spartans se jkunu qed jiffaċċjaw lill xulxin illejla f’partita valida mill-ahhar 16 tal-Izibet FA Trophy.
Ir-rivalità bejn l-aktar żewġt timijiet segwiti fil-Gżejjer Maltin tmur lura fis-snin, fejn kull meta dawn it-timijiet jiltaqgħu kontra xulxin dejjem jattiraw ammont kbir ta partitarji fl-istadium Nazzjonali.
Tul is-snin li għaddew Valletta kienu superjuri kemm fir-riżultati u anke fir-rebħ ta l-unuri. Biss, fl-ahhar tlett snin il-paġna nqalbet u l-iSpartani kienu aktar kompetittivi.
Minkejja li Ħamrun se jibdew bħala favoriti f’dan il-konfront, wieħed jista’ jistenna reazzjoni tajba minn Valletta u dan jawgura tajjeb għal partita sabiħa li mistennija tintlagħab quddiem l-akbar attendenza sa issa f’dan l-istaġun.