
Radio 105 (Radio Galaxy) beda t-trażmissjonijiet tiegħu fis-6 ta Diċembru 2001 wara li l-Awtorita tax-xandir ħarġet il-liċenzja lis-sur Manuel Chircop biex ikun jista’ jibda jxandar fuq bażi komounitarja permezz tal-frekwenza 105, l-istess frekwenza wkoll ħarġet lis-sur Chircop mill-Malta Communications Authority.
Tul is-snin kienu ħafna l-preżentaturi li tellgħu programmi fuq Radio 105 u kienu bosta wkoll l-għaqdiet lokali li użaw is-servizzi ta l-istess radju.
Illum Radio 105 hu parti minn network ta’ stazzjonijiet diġitali li jistgħu jinstemgħu On–Line u smart speakers waqt li joffri wkoll servizzi oħra bħal ‘in–house radio’ u ‘digital content’